MSC Cruises · ROCS Group

Donate & win an MSC cruise for two.

One 7-night Malta-to-Malta MSC cruise holiday for two adults, including a balcony cabin, full-board dining, port taxes and hotel service charges.

Win

Seven nights. Two adults. Balcony cabin.

Full board, port taxes and hotel service charges included. Prize supported by MSC Cruises and ROCS Group.

To enter the prize initiative: send a minimum donation of €4.66 to 5061 8170 during the initiative period. Every additional qualifying donation gives another chance, in line with the terms below.

MGA-062-08/2026
Termini u Kundizzjonijiet

TINSINIX – Irbaħ Cruise tal-MSC għal Tnejn

1. L-organizzatur

Din l-inizjattiva promozzjonali hija organizzata minn ALS MALTA, bl-indirizz reġistrat 60, Triq Pawlu Balzan Żebbuġ, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Organizzatur”.

Il-premju qed jingħata bl-appoġġ ta’ MSC Cruises u ROCS Group.

Numru tal-Permess tal-MGA: MGA-062-08/2026

2. Perjodu tal-inizjattiva

L-inizjattiva tiftaħ u tagħlaq nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2026 minn nofsinhar sa nofsilejl.

Donazzjonijiet jew messaġġi riċevuti wara l-ħin tal-għeluq ma jidħlux fit-tlugħ tal-premju, iżda jibqgħu jitqiesu bħala donazzjonijiet lil ALS Malta u DAR Bjorn.

3. Min jista’ jipparteċipa

Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għal persuni li:

  • għandhom 18-il sena jew aktar;
  • huma residenti f’Malta jew Għawdex;
  • jużaw numru tat-telefon Malti validu u identifikabbli; u
  • jikkonformaw ma’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.

L-impjegati, id-diretturi, il-kuntratturi u l-membri immedjati tal-familja ta’ ALS Malta, DAR Bjorn, MSC Cruises, ROCS Group, kull persuna direttament involuta fl-organizzazzjoni jew fit-tlugħ ma jistgħux jipparteċipaw.

4. Kif tipparteċipa

Persuna tista’ tipparteċipa billi tibgħat donazzjoni minima minn 5061 8170 – €4.66 matul il-perjodu tal-inizjattiva.

Parteċipant jista’ jagħmel aktar minn donazzjoni waħda. Kull donazzjoni addizzjonali tagħti ċans ieħor. Donazzjoni akbar minn €4.66 tingħata biljetti ekwivalenti.

5. Il-premju

Ir-rebbieħ jirbaħ:

  • cruise ta’ sebat iljieli Malta-to-Malta tal-MSC Cruises għal żewġ adulti;
  • akkomodazzjoni għal żewġ adulti li jaqsmu Balcony Cabin;
  • full-board dining;
  • port taxes and charges; u
  • hotel service charges jew gratuities.

Il-premju huwa wieħed u jingħata lil rebbieħ wieħed.

6. Kundizzjonijiet tal-cruise

Il-cruise għandu:

  • jiġi bbukkjat sa 30 ta’ Settembru 2026;
  • jintgħażel minn departures eliġibbli Malta-to-Malta sa sebat iljieli;
  • ikun suġġett għad-disponibbiltà fil-ħin tal-booking; u
  • jintuża miż-żewġ adulti fuq l-istess booking u fl-istess kabina.

Il-premju ma japplikax għal departures matul:

  • Lulju jew Awwissu;
  • il-perjodu tal-Milied;
  • l-Ewwel tas-Sena; jew
  • l-Għid.

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor bil-miktub, il-premju ma jinkludix:

  • drinks jew drinks packages;
  • excursions;
  • trasport jew transfers;
  • titjiriet;
  • parking;
  • travel insurance;
  • internet jew Wi-Fi packages;
  • dining jew servizzi bi ħlas addizzjonali;
  • spejjeż personali;
  • passaporti, visas jew dokumenti tal-ivvjaġġar; jew
  • spejjeż mediċi.

Ir-rebbieħ u l-persuna li takkumpanjah huma responsabbli biex ikollhom id-dokumenti, l-assigurazzjoni u l-kundizzjonijiet mediċi meħtieġa biex jivvjaġġaw.

Il-kundizzjonijiet normali ta’ booking u trasport ta’ MSC Cruises japplikaw.

7. Valur u trasferiment tal-premju

Il-premju:

  • ma jistax jinbidel fi flus;
  • ma jistax jinbiegħ jew jiġi rkantat;
  • ma jistax jiġi trasferit mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub tal-Organizzatur, MSC Cruises u ROCS Group; u
  • għandu jintuża fit-terminu stabbilit.

Jekk parti mill-premju ma tintużax, ma jingħata ebda kumpens jew rifużjoni.

Meta jkun meħtieġ minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tal-Organizzatur, jista’ jiġi offrut premju alternattiv ta’ valur simili jew ogħla, suġġett għall-approvazzjoni regolatorja meħtieġa.

8. It-tlugħ

It-tlugħ isir b’mod każwali fost l-entrati validi kollha nhar 30 ta’ Awwissu 2026, waqt il-Maratona TINSINIX.

Ir-riżultat proviżorju jitħabbar nhar 31 ta’ Awwissu 2026, wara li jiġu vverifikati l-eliġibbiltà u d-dettalji tar-rebbieħ.

9. Kuntatt mar-rebbieħ

Ir-rebbieħ jiġi kkuntattjat fuq in-numru tat-telefon li minnu saret id-donazzjoni.

L-Organizzatur jagħmel sa tliet tentattivi biex jikkuntattja lir-rebbieħ matul perjodu ta’ 48 siegħa.

Ir-rebbieħ jista’ jintalab jipprovdi:

  • ismu u kunjomu;
  • kopja ta’ dokument ta’ identifikazzjoni;
  • prova tal-età u tar-residenza;
  • prova li huwa l-utent awtorizzat tan-numru tat-telefon; u
  • kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-booking tal-cruise.

Jekk ir-rebbieħ ma jweġibx fiż-żmien stipulat, ma jkunx eliġibbli jew ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba, l-Organizzatur jista’ jiskwalifikah u jagħmel tlugħ ieħor.

10. Pubblikazzjoni tar-rebbieħ

Isem ir-rebbieħ jista’ jitħabbar fuq il-Maratona TINSINIX, fuq il-websajt u fuq il-paġni uffiċjali tal-midja soċjali ta’ ALS Malta u DAR Bjorn.

Kwalunkwe ritratt, filmat jew intervista promozzjonali tar-rebbieħ jeħtieġ kunsens separat fejn dan ikun meħtieġ.

11. Problemi tekniċi

L-Organizzatur mhuwiex responsabbli għal SMS, telefonati jew entrati li ma jaslux minħabba:

  • problemi tan-network;
  • nuqqas ta’ credit;
  • phone barring;
  • roaming;
  • handset incompatibility;
  • dewmien tekniku; jew
  • żball tal-operatur tat-telekomunikazzjoni.

Prova li ntbagħat SMS mhijiex neċessarjament prova li l-entrata ġiet riċevuta u ċċarġjata b’suċċess.

12. Tibdil jew kanċellazzjoni

L-Organizzatur jista’ jemenda, jissospendi jew jikkanċella l-inizjattiva meta jkun hemm raġuni serja, obbligu legali, ordni regolatorja jew ċirkustanza lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu.

Kwalunkwe tibdil materjali jitħabbar permezz tal-kanali uffiċjali ta’ ALS Malta u DAR Bjorn u jkun suġġett għal kwalunkwe approvazzjoni meħtieġa.

13. Aċċettazzjoni tat-termini

Bil-parteċipazzjoni, il-parteċipant jikkonferma li qara, fehem u aċċetta dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.

Id-deċiżjonijiet tal-Organizzatur dwar l-amministrazzjoni tal-inizjattiva huma finali, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet legali tal-parteċipanti.

14. Liġi applikabbli

Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet huma regolati mil-liġijiet ta’ Malta. Kwalunkwe tilwima tkun suġġetta għall-ġurisdizzjoni tal-qrati Maltin u għall-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji applikabbli.